PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

San Felicissimu

Il-fdalijiet tal-martri San Felicissimu ingieb mill-Katakombi ta’ Santa Cirijaka f’Ruma fl-1833.  Sena wara, igifieri fl-1834, inhadmet statwa tal-qaddis fl-injam mill-iskultur Pietru Pawl Azzopardi.  Il-Kappillan Sultana flimkien mar-retturi tal-fratellanzi qablu li ssir urna ta' l-irham fuq l-artal ta' l-Agunija sabiex din l-istatwa titpoggha fiha ghall-qima tal-poplu.  Fil-fatt, din in-nicca bl-istatwa fiha giet inawgurata fl-20 ta' Settembru 1835.  Kull sena bdiet issir il-festa ad unur il-qaddis martri nhar it-tielet Hadd ta' Settembru.  Wara l-1950, in-nicca ta' San Felicissimu tnehhiet minn fuq l-artal u l-istatwa intrefghet fis-sala ta' fuq is-Sagristija l-gdida.  Din l-istatwa artistika hija kapulavur iehor ta' l-artist Azzopardi, li halli diversi xogholijiet ohra fosthom San Gorg u San Gwann fil-gzira Ghawdxija.

L-Orgni

L-orgni tal-Knisja Parrokkjali ta' Hal Luqa nbena apposta ghal din il-Knisja mid-Ditta Vincenzo Mascioni tal-Italja, u kien inawgurat f'jum il-festa ta' Sant' Andrija tal-1967.  Fih zewg tastieri u pedaliera, 15-il registru reali u 12-il registru mekkaniku, 1100 suffara, u l-facilitajiet kollha ta' orgni modern.  Dan sewa s-somma ta' $5000, u sar bit-thabrik tal-Kappillan ta' dak iz-zmien Mons. Innocenz Borg.

Il-Via Sagra

Il-Via Sagra tal-bronz li nsibu llum inhadmet fil-fonderija Perego, Milan fit-30 ta’ Mejju 1961, mill-iskultur Pietro Tavani minn Como, l-Italja.  Waslet Malta nhar il-25 ta’ Gunju 1961 u swiet is-somma ta 1000 lira sterlina.  Il-brazzi tal-bronz huma xog]ol l-iskultur Tonna tar-Rabat, u n]admu fil-fonderija Battaglia, Milan.  C.Tonna iddisinja wkoll il-gwarnici tal-gewz, u hadimhom l-imghallem Guzeppi Galea minn Hal Luqa fl-1965

Il-Qniepen

 

Is-sett ta’ qniepen mill-isbah li nsibu f’Hal Luqa nhadmu mid-ditta Prospero Baricozzi ta’ Milan, l-Italja.    Dawn gew ordnati f’April 1925 minn Dun Karm Vassallo u waslu Hal Luqa nhar is-17 t’Ottubru 1928.  Tbierku mill-Arcisqof Mawru Caruana nhar is-Sibt 27 t’Ottubru, 1928 u gew iddedikati lil Sant’ Andrija (il-kbira), il-Qalb ta’ Gesu’, il-Kuncizzjoni, San Guzepp u San Felicissimu.  L-ewwel erba’ qniepen ittellghu fil-kampnar fil-jiem ta’ wara filwaqt li l-qanpiena l-kbira ttellghet il-Hadd 18 ta’ Novembru 1928.  L-intonazzjoni ta’ dawn il-qniepen hija dik fil-La bimoll maggiore (Ab major).

Il-maghruf arloggar Mikiel Ang Sapiano hadem l-arlogg tal-Knisja Parrokkjali fl-1881.  Fl-1909, Sapiano irranga l-magna tal-arlogg sabiex tmexxi erba’ kwadranti, tnejn fil-faccata, wiehed tal-hin u l-iehor tad-data, u t-tnejn l-ohra fuq kull genbtal-Knisja. 

Ecce Homo u d-Duluri

 

Il-Bust tal-Ecce Homo ingieb minn gewwa Bari wara l-gwerra mis-Sur James Ciappara, wara li il-Bust l-antik (1771) inqered bl-istess gwerra.  Il-Bust tad-Duluri ingieb minn barra fl-1922 minn Dun Guzepp Vassallo.  Fl-1952, is-Sur James Ciappara ghamel zewg nicec tal-fidda ghal dawn iz-zewg statwi.

Xogholijiet tal-fidda

Matul il-granet tal-festa ta' Sant' Andrija, diversi xogholijiet tal-fidda jintwerew fuq iz-zewgt gradenzini li jintramaw fuq il-presbiterju.  Fost l-opri tal-fidda tajjeb li nsemmu censier u navetta (1667), Pissidi (1634), u diversi kalcijiet.

 

Insibu wkoll sitt torci tal-fidda ghal waqt it-translazzjoni tar-relikwija li saru bit-thabrik tal-Kan. Anton Agius, censier tal-fidda disinn tal-maghruf Emanuele Buhagiar, satla tal-fidda li saret fl-4 ta' Frar 1717, zewg akkolti tal-fidda tal-1908, Ostensorju tal-fidda bil-Vero Legno, sfera li tintuza fil-festi tas-Sagrament u ta' Sant' Andrija, lampier ghall-artal maggur tal-1715, il-lampieri ta' l-artlai laterali u diversi oggetti ohra.